Kru ta' Net TV aggredit waqt attività tal-Partit Laburista
kru ta' Net Television kien attakkat waqt attività tal-Partit Laburista f'Ħaż-Żebbuġ.
L-aggressjoni fuq il-kru, magħmul minn erba' ħaddiema, bdiet hekk kif wieħed mill-ġurnalisti kienu qalb il-miġema. Il-ġurnalisti u l-cameramen ta' Net Television kienu qed jagħmlu x-xogħol li kienu mistednin għalih mill-Partit Laburista stess.
Kien waqt id-diskors tal-mexxej Laburista f'Ħaż-Żebbuġ li numru ta' partitarji laburisti aggredew lill-istess ġurnalisti u cameramen.
Ġurnalisti tal-Partit Laburista kif raw dan komplew żiedu ma' l-atmosfera ostili għall-kru ta' Net TV tant li komplew bil-provokazzjoni u tgħajjir fil-konfront tal-membri ta' NET Television.
F'ċerti ħinijiet il-kru ta' Net TV kienu insulentati u mhedda. Kull fejn resqu l-ġurnalisti u l-cameramen ta' Net TV, kienu intimidati, b'ċerti individwi fil-folla għamluha diffiċli biex il-kru ta' Net TV seta' jwettaq xogħlu. Min Maltarightnow.com